Termini
Organizzazzjoni: Puregeen Promotions, bil-għajnuna ta’ ditti u entitajiet oħra, ser jorganizza tellieqa fuq id-distanza ta’ 5 kilometri
Applikazzjonijiet: Kull min jixtieq japplika biex jieħu sehem, għandu jagħmel dan fuq il-formola apposta Kull min japplika ma jkollux dritt għal refund tal-ħlas. Applikazzjonijiet mingħajr ħlas ma jkunux aċċettati.
Hlas ta’ Partecipazzjoni: Il-hlas ta’ partecipazzjoni ghat-tellieqa huwa ta’ €15.00.
Numri: Kull parteċipant jingħata numru li għandu juża matul it-tlielaq. Dan in-numru għandu jintlibes fuq is-sider b’mod li ma jkun hemm xejn mgħotti minnu. Għandu jsir ħlas ta’ €10 għal kull numru mitluf. Il-ħinijiet tat-tellieqa se jkun mehuda elettronikament
Klassifici: L-atleta mara u l-atleta raġel bl-aħjar ħin, jkunu dikjarati r-rebbieħa. Ir- riżultati jidhru wara t-tellieqa fuq il-website www.zabbar5k.com
Youths Rgiel (16 years - 19 years) |
Youths Nisa (16 years - 19 years) |
Rgiel (20 years – 29 years) |
Nisa (20 years – 29 years) |
Rgiel (30 years – 39 years) |
Nisa (30 years – 39 years) |
Rgiel (40 years – 50 years) |
Nisa (40 years – 50 years) |
Veterani (50 + years) |
|
Premjijiet: Għandhom jingħataw premjijiet jew trofej kif gej;
* Kategorija Overall Rgiel; 1st 2nd u 3rd klassifikati flimkien ma Medalji u Goodies bag
* Kategorija Overall Nisa; 1st 2nd u 3rd klassifikati flimkien ma Medalji u Goodies bag
* Kategoriji Rgiel u Nisa skond l-eta; 1st u 2nd klassifikati flimkien ma Medalji u Goodies bag
* Veterani; Overall klassifiktai; l-ewwel post klassifikati flimkien ma Medalji u Goodiesbag
Posponimemt jew kancellamet
Fl-eventwalita li race jkolla tiġi posposta jew ikkanċellata l-parteċipanti li jkun hallas għal din l-edizzjoni, jkun jista' jipparteċipa fl-ewwel darba li din terġa' issir. Flus tal-biljetti ma jkunux jistaw jingħataw lura iżda l-biljett jista' jiġi trasferit li persuni oħra bil-kunsens tal-organizzaturi u mingħir ebda qliegħ.
Privatezza: Biex tikkonforma mar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR) 2016/279, l-Att tal-Protezzjoni tad-Data (Kap 586), u l-leġislazzjoni sussidjarja ta’ dan, L-Organizzaturi jeħtieġu il-permess tiegħek biex tawtorizzaha tiġbor u tuża informazzjoni, ritratti u/jew filmati tiegħek u/jew tat-tifel/tifla tiegħek.
L-informazzjoni, ritratti u/jew filmati tiegħek se jintużaw biss L-Organizzaturi għal raġunijiet ta’ promozzjoni tal-attivitajiet. L-informazzjoni, ritratti u/jew filmati mhux se jintużaw għal ebda skop ieħor u mhux se jingħaddu lil terzi partijiet. L-informazzjoni personali, ritratti u/jew filmati tiegħek u/jew tat-tifel/tifla tiegħek, kollha jitħassru fi żmien 3 snin mill-attivita.
Tista’ tirtira l-kunsens tiegħek meta trid.