Welcome to the Registration Form for this Public Talk and Debate
Merħba għar-Reġistrazzjoni għat-Taħdita u d-Diskussjoni Miftuħa għall-Pubbliku
Thank you for your interest in attending this public event, which will take place both in person and online. This session brings together clinical insight and the real-life experiences of women living with ADHD.
Grazzi tal-interess tiegħek biex tattendi dan l-avveniment pubbliku, li se jsir kemm fil-post kif ukoll online. Din il-laqgħa se tgħaqqad flimkien il-perspettiva klinika u l-esperjenzi reali ta’ kuljum ta’ nisa li jgħixu bl-ADHD.
The event will begin with a keynote talk by adult ADHD expert Dr Dora Wynchank, followed by contributions from two local psychiatrists and women with lived ADHD experience, who will share their personal experiences.
L-avveniment se jibda b’taħdita ewlenija minn Dr Dora Wynchank, esperta fl-ADHD fl-adulti, u jkompli b’kontributi minn żewġ psikjatri Maltin u nisa li jgħixu bl-ADHD u li se jaqsmu l-esperjenzi personali tagħhom.
Event Details / Dettalji tal-Avveniment
Date / Data:
13 October 2026 / 13 ta' Ottubru 2026
Time / Ħin: 19:00
Venue / Post:
Studio Ċ, St James Cavallier, Valletta / Studio Ċ, Kavallier ta' San Ġakbu, Valletta (Physical capacity: 50 attendees / hemm spazju għal 50 persuna fis-sala)
Age / Età:
Anyone aged 14 and over / Għal kull min għandu 14-il sena ’l fuq
Format / Format:
In-person attendance and live-streamed online by ADHD Europe / Preżenza fis-sala u xandira diretta online minn ADHD Europe
Places in the room are limited. Please complete the form below to reserve your in-person place or to send a question to the panel in advance.
Il-postijiet fis-sala huma limitati. Jekk tixtieq tattendi personalment, imla l-formola hawn taħt biex tirriserva postok jew biex tibgħat mistoqsija lill-panel minn qabel.
Can’t attend in person or is the room already full? You can still be part of the conversation! The event will be live-streamed by ADHD Europe, and you can use the question box below to send your question to the panel in advance.
Ma tistax tattendi personalment jew il-postijiet fis-sala diġà mtlew? Tista’ xorta tkun parti minn din il-konversazzjoni! L-avveniment se jkun imxandar direttament minn ADHD Europe, u tista’ tuża l-kaxxa tal-mistoqsijiet hawn taħt biex tibgħat il-mistoqsija tiegħek lill-panel minn qabel.
Important Information / Informazzjoni Importanti
Accessibility / Aċċessibilità
We are committed to making this event accessible to everyone. If you have any specific accessibility needs, please let us know in the form below.
Aħna impenjati li nagħmlu dan l-avveniment aċċessibbli għal kulħadd. Jekk għandek xi bżonnijiet speċifiċi ta’ aċċessibilità, jekk jogħġbok għarrafna fil-formola hawn taħt.
Photography, Filming & Livestream / Fotografija, Iffilmjar u Xandira Diretta
This event will be live-streamed by ADHD Europe and may be photographed or filmed for documentation and communication purposes. By registering for this event, you consent to being filmed, photographed, and appearing on the livestream.
Dan l-avveniment se jkun imxandar direttament minn ADHD Europe u jista’ jkun hemm fotografija jew iffilmjar għal skopijiet ta’ dokumentazzjoni u komunikazzjoni. Billi tirreġistra għal dan l-avveniment, tkun qed tagħti l-kunsens tiegħek biex tiġi ffilmjat/a, fotografat/a u tidher fix-xandira diretta.
Data Protection / Protezzjoni tad-Data
Your personal information will only be used for organising this event and will be handled in line with GDPR requirements.
Id-dejta personali tiegħek se tintuża biss għall-organizzazzjoni ta’ dan l-avveniment u se tiġi mmaniġġjata skont ir-regoli tal-GDPR.
We look forward to welcoming you and sharing this important conversation with you.
Nistennew bil-ħerqa li nilqgħukom u naqsmu din il-konversazzjoni importanti magħkom.